Lokali Parlament

Għandu jsir reġistru ta’ min jabbuża mill-anzjani

Paula Mifsud Bonnici, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici sostniet fil-Parlament li għandu jsir reġistru ta’ min jabbuża mill-anzjani.

Fl-Aġġornament Paula Mifsud Bonnici sellmet lill-anzjani f’Jum l-Anzjani u rrikonoxxiet il-ħidma li huma wettqu bi bżulija. Dan l-impenn wassal għall-iżvilupp tal-pajjiż u għalhekk l-anzjani għad għandhom kontribut x’jagħtu. Hi sellmet ukoll lil dwk li jaħdmu f’dan is-settur u lill-għaqdiet kollha li huma l-vuċi tal-anzjani.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li hawn anzjani li qed isofru minn abbuż; din hi sfida li qed dejjem tikber. L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa tistma li wieħed minn kull sitt anzjani madwar id-dinja huma vittmi ta’ abbuż. Dawn l-abbużi jwasslu għal impatt negattiv fuq l-anzjani vittmi; l-anzjani f’Malta mhumiex eċezzjoni u għalhekk għandha ssir kampanja biex in-nies tkun iktar konxja mill-abbużi li l-anzjani jgħaddu minnhom.

Jirriżulta li l-anzjani huma mira tajba għal min irid jabbuħa. Is-sena l-oħra saru 1,600 rapport lill-pulizija da reati kriminali li tagħhom sfaw vittmi anzjani ta’ iktar minn 65 sena.

Paula Mifsud Bonnici kompliet li għandu jsir faċli għall-anzjani biex jirrapportaw l-abbużi fuqhom għaliex hawn anzjani li jibżgħu jirrapportaw każi ta’ serq li jsir fuqhom anki minn familjari tagħhom. Jeħtieġ reġistru tal-persuni li jinstabu ħatja li wettqu abbużi fuq l-anzjani. Gvern tal-PN jindirizza din il-problema u joħloq dan ir-reġistru.

L-anzjani qed jaffaċċjaw problemi tal-għoli tal-ikel u l-mediċini fejn il-pensjonijiet m’għadhomx iktar adegwati. Il-PN se jaħdem għal sostenn għall-familji ta’ anzjani li jkollhom bżonn l-appoġġ, sostniet Paula Mifsud Bonnici.