Eżatt f’nofsillejl fl-1 ta’ Ottubru f’Washington DC, il-gvern federali Amerikan uffiċjalment waqaf jaħdem.
Dan se jħalli mijiet ta’ eluf ta’ ħaddiema fuq leave bla ħlas u se jwaqqaf ħafna programmi u servizzi tal-gvern.
Il-waqfien ġie ftit sigħat wara li s-Senat, falla milli jgħaddi pjan ta’ finanzjament tal-gvern. Dan falla hekk kif 55 senatur ivvutaw favuriha u 45 senatur ivvutaw kontriha. Biex il-gvern jibqa’ miftuħ, il-pjan kien jeħtieġ l-appoġġ ta’ 60 minn 100 senatur Amerikan.
L-aħħar għeluq tal-gvern Amerikan kien l-itwal wieħed li qatt kien hemm, li dam 35 jum. F’dak il-perjodu bejn Diċembru tal-2018 u Jannar tal-2019, numru ta’ siti tal-gvern kellhom jagħlqu, u l-effetti nfirxu fuq parti kbira mill-ħajja pubblika ta’ ħafna Amerikani.
Dan kien jinkludi dewmien fl-ajruporti u diffikultajiet biex ikun hemm biżżejjed persunal mal-monumenti nazzjonali bħall-Istatwa tal-Libertà u l-parks nazzjonali madwar l-Istati Uniti.
//= $special ?>