Lokali Parlament

Il-Gvern għandu jkun ċar dwar il-futur tal-Iskola Dun Manwel Attard tal-Wardija

Graziella Galea, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea qalet fl-Aġġornament tal-Parlament li l-Gvern għandu jkun ċar dwar il-futur tal-Iskola Dun Manwel Attard tal-Wardija.

Graziella Galea qalet li l-Iskola Dun Manwel Attard tal-Wardija tilqa’ numru ta’ żgħażagħ b’diżabbiltà. Hi sostniet li l-futur ta’ din l-iskola hi kwistjoni serja li tolqot lil dawn l-istudenti, lill-ġenituri tagħhom kif ukoll lill-eduktauri. Tul is-snin dan iċ-Ċentru fil-Wardija offra servizz edukattiv speċjalizzat kemm lill-persuni vulnerabbli b’diżabbiltà kif ukoll lill-edukaturi u l-ġenituri li sa ftit sigħat ilu ma kinux jafu x’se jsir minnu għaliex il-Gvern naqas milli jikkonsulta.

B’reazzjoni għal stqarrija tal-PN li staqsa x’se jkun qed isir minn dan iċ-Ċentru, il-gvern ma weġibx id-domandi li qed jagħmel il-PN fosthom jekk l-iskola hijiex se tingħalaq.

Graziella Galea staqsiet għaliex il-gvern baqa’ sieket u ma weġibx għal diversi mistoqsijiet tal-ġenituri. Il-gvern qal biss li se jibqa’ jopera fis-snin li ġejjin. Il-PN jilqa’ deċiżjonijiet pożittivi għaliex din mhijiex kwistjoni partiġjana.

Hi qalet li l-flus mhumiex is-soluzzjoni għaliex il-familji jridu li l-istudenti jkolhom l-edukazzjoni meħtieġa biex isibu x-xogħol. Jdiher li f’din l-iskola ma kienx hemm studenti ġodda fl-iskola. Il-Gvern qed jaħrab mit-tweġibiet u qal li ċ-Ċentru se jilqa’ 114-il student. Għaliex il-Ministru ma kienx ċar meta din is-sena mhumiex se jiddaħħlu stduenti ġodda? Il-Gvern għandu jkun ċar dwar il-futur ta’ din l-iskola. X’se jkun l-użu alternattiv taċ-Ċentru jekk dan ma jibqax jopera? X’se jsir mill-faċilitajiet tiegħu? Jekk iċ-Ċentru jitwaqqaf gradwalment, kemm se jinvesti fih il-gvern f’dan il-proċess? X’se jiġri mill-għalliema u l-edukaturi taċ-Ċentru? staqsiet Graziella Galea.