Futbol Sport

Il-kowċ ta’ Ħamrun Spartans jagħmilha ċara li l-Maltin ma marrux il-Polonja biex jitilfu

Giacomo Modica (Ritratt ta' Joseph Galea)
Giacomo Modica (Ritratt ta' Joseph Galea)

Il-kowċ Sqalli, Giacomo Modica, waqt li kien qed jitkellem fil-konferenza stampa ta’ lejlet il-partita kontra Jagiellonia, ammetta li l-Pollaki huma l-favoriti biex jiksbu t-tliet punti minn dan il-konfront iżda għamilha ċara li Hamrun Spartans Football Club ma ġewx Białystok biex jitilfu.

“Mhux se nilagħbu catenaccio u żgur mhux se tkun difiża profonda.” – Giacomo Modica, kowċ ta’ Ħamrun Spartans

Għada Ħamrun Spartans se jkunu qed jiktbu l-istorja tal-futbol Malti se jkunu qed jilgħabu f’stadju ta’ kompetizzjoni tal-UEFA għall-klabbs Ewropej, li sal-lum ebda klabb Malti għadu qatt ma rrnexxilu jasal; l-istadju tal-Kampjonat tal-UEFA Conference League kontra Jagiellonia, f’dar l-avversarji Pollaki.

“Ġejna hawn mimlijin tama u ħolm. Żgur ma ġejniex hawn biex nitilfu,” qal Modica.