Lokali Parlament

Is-suċċess ekonomiku m’għandux jinkiseb b’effett negattivi fuq iċ-ċittadini

Graziella Attard Previ, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ qalet fl-Aġġornament tal-Parlament li s-suċċess ekonomiku m’għandhux jinkiseb b’effetti negattivi fuq iċ-ċittadini.

Graziella Attard Previ tkellmet dwar il-kwalità tal-ħajja fid-9 u l-10 distrett u sostniet li l-kwalità tal-ħajja sejra lura għaliex il-progress ekonomiku fil-pajjiż qed isib b’konsegwenza ta’ dawn ir-residenti. Huma qed ikunu mistennija li jbatu u joqogħdu għal kollox minħabba t-turiżmu u l-fatt li jingħad li Malta għandha bżonn iktar bini, sostniet Attard Previ, li qal li dan mhuwiex sew.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li r-residenti jistaqsu meta se jieqaf tiela’ l-bini u huma jieħdu ftit serħan minn bini wieħed wara l-ieħor. Hi qalet li hemm bini bla limiti fl-inħawi tal-Bajja ta’ San Ġorġ li se jkompli jiżdied bil-bini ta’ Villa Rosa. Ir-residenti qed joġġezzjonaw għal iktar bini biex l-ekonomija tibqa’ ddur.

Graziella Attard Previ kompliet li l-iskart, id-drenaġġ, il-ħmieġ, it-traffiku u s-serviziz tal-ilma li mhumiex adegwati huma problemi kbar li jolqtu lir-resdienti. Fost l-oħrajn, dawn iz-zona għandhom bżonn sistemi apposta dwar il-ġbir ta’ skart.

Hi ddikjarat li Malta għandha bżonn industrija qawwija tat-turiżmu iżda r-resdienti m’għandhomx ikunu l-vittmi tas-suċċess f’dan il-qasam. Il-fatti huma li l-pajjiż mhuwiex jattira turisti ta’ kwalità. Graziella Attard Previ enfasizzat li minkejja l-ilmenti ma ġara xejn dwar l-indiċenza fil-lokalitajiet.

Hi appellat lill-gvern biex ma jibqax jinjora lin-nies li jixtiequ jgħixu fil-kwiet, fil-paċi, hena u f’ambjent xieraq.