Il-finali fid-Diamond Court, f’Beijing, ebda problema għal Jannik Sinner fejn rebaħ lil Learner Tien f’żewġ sets. Wara li fl-ewwel set minn 3 – 1 mar għal 5 – 2 sabiex eventwalment għalaq is-set 6 – 2. Ebda reazzjoni fit-tieni set minn Learner Tien li żamm biss ma’ Sinner sa 4 – 2 u eventwalment tilef ukoll it-tieni set 6 – 2.
Learner Tien irritorna għas-suċċess meta rebaħ 6-2 ; 6-2, biex lagħab f’Beijing fil-finali tal-Open tac-Ċina.
Fl-ewwel semifinali Learner Tien tal-Istati Uniti b’sorpriża elimina lis-seed numru 8, Daniil Medvedev fejn wara li kien tilef l-ewwel set 7 – 5, rebaħ it-tieni set 7 – 5 sabiex wara rebaħ it-tielet set 4 – 0 u post fil-finali.
Fit-tieni semifinali kif kien mistenni Jannik Sinner seed numru 1 fil-kompetizzjoni elimina lil Alex de Minaur tal-Awstralja. Wara li Sinner rebaħ l-ewwel set 6 – 3, kien hrmm reazzjoni minn de Minaur li rebaħ it-tieni set 6 – 4, madankollu kien Sinner li għalaq it-tielet set 6 – 2 .
//= $special ?>