Knisja Lokali

L-Arċisqof Scicluna se jfakkar il-Jum Dinji tal-Migranti u r-Refuġjati u l-waqgħa tal-ajruplan f’Ħaż-Żabbar

Ritratt: Kurja

L-Arċisqof Charles Scicluna se jfakkar il-Jum Dinji tal-Migranti u r-Refuġjati, b’quddiesa fil-Knisja Arċipretali ta’ San Lawrenz fil-Birgu, nhar il-Ħadd 5 ta’ Ottubru fid-9:30am u l-50 sena mill-waqgħa tal-ajruplan Vulcan, f’Ħaż-Żabbar

Nhar is-Sibt 4 ta’ Ottubru  fl-10:00am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa u jmexxi l-Investitura tal-Ordni Ekwestri tas-Santu Sepulkru ta’ Ġerusalemm, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Fis-6:30pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-75 anniversarju tal-iskola Santa Monica, Birkirkara.

It-Tlieta, 14 ta’ Ottubru fis-6:30pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar, b’suffraġju għall-vittmi li mietu minħabba l-waqgħa tal-ajruplan Vulcan, f’Ħaż-Żabbar 50 sena ilu.

Nhar il-Ġimgħa  24  ta’ Ottubru fis-7:00pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s-sagrament tal-griżma tal-isqof fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan, San Ġiljan. L-għada s-Sibt 25 ta’ Ottubru, fis:6:30pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s-sagrament tal-griżma tal-isqof fil-Bażilika Arċipretali ta’ Santa Marija, il-Mosta.

Il-Ħadd 26 ta’ Ottubru fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar u fl-4:30pm, jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s-sagrament tal-griżma tal-isqof fil-Bażilika Arċipretali ta’ Santa Marija, il-Mosta.