Raġel ma nstabx ħati fuq fastidju lejn il-ġar tiegħu u ta’ ksur tar-regolamenti dwar depożitu ta’ materjal jew sustanzi f’post pubbliku. Il-każ imur lura għat-3 ta’ Awwissu 2023.
Il-Qorti osservat li l-provi kienu kontradittorji u li r-rakkonti tax-xhieda ma wasslux għal stampa ċara u konsistenti ta’ dak li verament seħħ. Din l-ambigwità fis-sustanza tal-provi ma ppermettitx li l-akkużi jiġu ppruvati barra minn kull dubju raġonevoli, li hu l-livell rikjest fil-liġi kriminali.
Għaldaqstant, il-Qorti ddeċidiet li ssib li r-raġel mhux ħati mill-akkużi kollha kontrih u illiberatu minn kull ħtija u piena.
Il-kawża nstemgħet mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace.
//= $special ?>

