Mas-70 persuna sfaw maqtula f’terrimot li kejjel saħħa ta’ 6.9 fuq l-iskala Richter fiċ-ċentru tal-Filippini.
It-terrimot laqat din iz-zona tal-Asja għall-ħabta tal-10pm, ħin lokali – terremot li ħalla diversi ħsarat fuq bini, knejjes, kif ukoll qasam diversi toroq u pontijiet.
Bħalissa għaddejja tfittxija għal diversi persuni li nqabdu taħt it-tifrik tal-bini li ġġarraf.
Intant, l-awtoritajiet qegħdin fil-proċess sabiex jirranġaw il-linji tal-komunikazzjoni u l-provvista tal-elettriku.
Il-Filippini bħala pajjiż huwa vunnerabbli mmens fejn jidħlu diżastri naturali minħabba l-pożizzjoni ġeografika tiegħu. U dan it-terremot seħħ ġimgħa biss wara sensiela tifuni li ħallew diversi vittmi.
//= $special ?>