Lokali

Nofs it-turisti kienu Taljani, Britanniċi u Franċiżi

Matul ix-xahar ta’ Awwissu, żaru Malta aktar minn 470,000 turist.

Ċifri ppubblikati mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li dan l-ammont huwa żieda ta’ 11.5% meta mqabbel ma’ Awwissu tas-sena l-oħra.

Matul Awwissu, it-turisti nefqu total ta’ €548 miljun. L-infiq għal kull persuna żdied b’5.7%, u laħaq €956 għal kull turist.

Matul iż-żjara tagħhom, aktar minn żewġ terzi tat-turisti – 69.3% – żaru Għawdex jew Kemmuna.

Iż-żjara medja f’pajjiżna damet ftit aktar minn ta’ 7.4 iljieli – l-istess bħas-sena ta’ qabel.

37.1% tat-turisti kienu taħt l-24 sena filwaqt li 34.2% kellhom bejn 25 u 44 sena. 48.5% mit-turisti kollha kienu Taljani, Britanniċi u Franċiżi.

Intant, iċ-ċifri tal-NSO juru li minn Jannar sa Awwissu, Malta laqgħet 12% aktar turisti meta mqabbla mal-istess perjodu fl-2024.