Lokali

Pressjoni biex il-membri tal-Labour jivvutaw favur l-abbozz tal-PN dwar l-ambjent

Tikber il-pressjoni fuq id-deputati ta’ Robert Abela sabiex għada jivvutaw favur li l-ambjent jiddaħħal bħala dritt fil-Kostituzzjoni Maltija.

Fi stqarrija, il-partit Momentum qal li qed jappoġja bi sħiħ il-mozzjoni tal-PN biex jiddaħħal dan id-dritt fil-Kostituzzjoni. U stqarr li dan se jfisser li s-salvagwardji ambjentali se jibqgħu imħarsa anke fil-futur.

Intqal li hemm bżonn jiġi imħares il-wirt ambjentali ta’ pajjiżna. U dan huwa propju dak li se jiġri bl-abbozz li tressaq mill-PN, u li se jiġi diskuss għada f’seduta Parlamentari speċjali dedikata lill-Oppożizzjoni. Bil-Kap tal-PN Alex Borg għażel li jtella’ fuq l-aġenda nazzjonali propju din it-tema tant importanti.

Aktar minn hekk, Momentum appella b’saħħa lill-membri tal-Gvern u d-deputati Laburisti biex jivvutaw favur din il-mozzjoni.