Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “F’Gaża kelli l-ewwel esperjenza fejn kelli machine gun ma’ rasi” – Rene Rossignaud

PROFILI llejla fid-9.35pm, fuq NET TV

Fl-ewwel programm tal-ħames staġun, il-profil se jkun qed jitkellem ma’ Rene Rassignaud. Il-profil huwa avventuruż, u x-xogħol tiegħu jagħmlu b’reqqa liema bħalha, b’elementi ta’ moviment, iżda dejjem jirnexxilu jaqbad il-mument.

Mal-profil se nitkellmu fuq l-esperjenzi li kellu f’zoni ta’ gwerra, inkluż Gaża, is-Sirja u anki l-Ukrajna. Ix-xogħol tiegħu fejn ħadu, u fuq kollox minn fejn beda n-namur lejn il-fotografija.

Is-suldati tal-Hamas neżżgħuni għarwien u tawni xebgħa

Il-passjoni evidenti, u fl-impjieg li jħaddan, il-passjoni hija essenzjali, se niddiskutu miegħu wkoll l-aspett ġurnalistiku f’Malta, kif illum sar isir ix-xogħol, u kif qed isir ir-rappurtaġġ minn għadd ta’ media houses.

PROFILI għandu l-produzzjoni u l-preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, u l-programm tal-lejla għandu muntaġġ ta’ Elisa Battistino.

Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki wħud mill-episodji fuq Spotify.

Tags