Futbol Sport

Rebħiet għal Arsenal, Newcastle u Napoli… PSG jirbħu fl-aħħar minuti

Ritratt: EPA

Fl-Emirates Stadium rebħa missielta ta’ 2-0 għal Arsenal fuq Olympiacos. Minkejja li Arsenal iddominaw għall-maġġoranza tal-partita Olympiacos baqgħu fil-partita b’xi okkażżjonijiet ta’ skor. L-ewwel gowl tal-partita wasal fit-12-il minuta meta minn pass ta’ Martin Odegaard, Victor Gyokeres għadda tajjeb bil-konklużjoni tiegħu taħbat mal-lasta, b’Gabriel Martinelli japprofitta u mill-viċin jixħet f’xibka vojta għal 1-0. Arsenal kellhom jistennew sad-90 mintua għat-tieni gowl metaa minn pass ta’ Martin Odegaard kien Bukayo Saka li kkonkluda fix-xibka għal 2-0.

Rebħa faċli għal Newcastle barra minn darhom għand Union St Gilloise bl-iskor ta’ 4-0. Nick Woltemade fetaħ l-iskor għal Newcastle, b’Anthony Gordon jirdoppja mill-ħdax-il metru. L-istess Gordon għamilhom tlieta minn penalty ieħor fl-64 minuta, b’Harvey Barnes jagħlaq il-partita fit-80 minuta.

F’Estadio Olimpico iċ-champions Ewropej PSG għelbu lil Barcelona b’gowl fl-aħħar minuti tal-partita. Barcelona fil-vantaġġ wara 20 minuta b’gowl ta’ Ferran Torres qabel Senny Mayulu kiseb id-draw għal PSG. Hekk kif il-partita dehret li sejra għal draw, kien Goncalo Ramos li kkonkluda fix-xibka għal riżultat finali ta’ 2-1.

Riżultati: Qarabag FK v Copenhagen 2-0, U.St.Gilloise v Newcastle 0-4, Monaco v Man City 2-2, Arsenal v Olympiacos 2-0, Barcelona v PSG 1-2, B.Leverkusen v PSV 1-1, B.Dortmund v Athletic.C. 4-1, Napoli v Sporting 2-1, Villareal v Juventus 2-2