Hemm sitt persuni fis-settur ċivili u pubbliku li bħalissa jinsabu sospiżi bi 80% tal-paga fil-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet, u li jaqgħu taħt id-dekasteru ta’ dan il-Ministeru, minħabba każijiet kriminali pendenti fil-Qorti kontrihom.
Dan ikkonfermah Chris Bonett, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi; fll-Parlament meta wieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Castillo.
//= $special ?>