Fit-tieni ġurnata tal-UEFA Champions League rebħa komda għal Real Madrid barra minn darhom għand Kairat Almaty. Protagonist għal Madrid kien Kylian Mbappe li skorja tripletta, bil-gowls l-oħra jaslu mis-sostituti Eduardo Camavinga u Brahim Diaz.
Rebħa komda għal Inter kontra Slavia Prague bl-iskor ta’ 3-0. Lautaro Martinez poġġa lill-Inter fil-vantaġġ fit-30 minuta qabel erba’ minuti wara kien Denzel Dumfried li rdoppja. It-tielet gowl wasal fil-65 minuta għal darb’oħra permezz ta’ Lautaro Martinez.
Fit-Turkija Liverpool kienu megħluba barra minn darhom minn Galatasaray. Din kienet it-tieni telfa għal Liverpool f’temp ta’ ġimgħa wara t-telfa fil-Premier League kontra Crystal Palace. Il-gowl uniku tal-partita kien skorja wara kwarta logħob meta Dominik Szoboszlai deher iwaqqa’ lil Baris Yilmaz fil-kaxxa bir-referee jordna penalty. Mill-ħdax-il metru inkariga ruħu Victor Osimhen li ma żbaljax għal 1-0.
F’aktar logħbiet li ntlagħbu, kien hemm ir-rebħiet ta’ Atalanta fl-aħħar ħinijiet, u r-rebħa ta’ Chelsea.
Fil-logħba fl-Italja, kienu Brugge li fetħu l-iskor fil-31 minuta meta minn azzjoni ta’ Nicolo’ Tresoldi kien CHRISTOS TZOLIS li għeleb lil Marco Carnesecchi għall-uniku gowl fl-ewwel taqsima.
B’Atalanta aktar fil-partita, fil-75 minuta kisbu l-gowl tad-draw wara li minn penalty LAZAR SAMARDZIC għeleb lil Nordin Jackers. Fis-87 minuta Atalanta marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Kamaldeen Sulemana kien MARIO PASALIC li mill-ġdid għeleb lil Jackers u għalaq il-partita.
Fi Stamford Bridge, l-ewwel punti għal Chelsea filwaqt li għal Josè Mourinho fit-tmexxija ta’ Benfica, kien ritorn fl-Ingilterra pjuttost negattiv.
Chelsea fil-vantaġġ fl-ewwel fażi tal-partita grazzi għal awtogowl minn RICHARD RIOS li minn cross ta’ Alejandro Garnacho għeleb lil Anatoly Trubin għall-uniku gowl matul il-partita.
//= $special ?>