Lokali

Diskussjoni dwar l-isfidi li qed jaffaċjaw persuni b’diżabbiltà

Matul il-jum tal-Erbgħa, L-MEP Nazzjonalista Peter Agius, mexxa diskussjoni dwar id-diżabilità. Liema avveniment sar bil-għan li jinstemgħu l-esperjenzi ta’ persuni differenti – u apparti minn hekk jinġiebu għall-attenzjoni tal-Parlament Ewropew.

L-għan aħħari tal-Parlament Ewropew hu li jintbgħat messaġġ qawwi lill-Kummissjoni Ewropea, u li jiġu imsaħħa d-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità f’dak kollu li jagħmlu.

Peter Agius stqarr jeħtieġ policy għall-persuni b’diżabilita “meta niġu għal disinn ta’ prodotti u servizzi, l-aċċessibilita u l-edukazzjoni, kif ukoll dimensjoni ta’ drittijiet ta’ persuni b’diżabilita fejn jidħol il-moviment ħieles.”

Persuni preżenti qasmu l-esperjenzi tagħhom filwaqt li ddiskutew u taw suġġerimenti b’rabta mal-problemi relatati mal-qasam tad-diżabilità f’pajjiżna.

Mara enfasizzat in-nuqqas ta’ aċċessibilità fl-iskejjel ta’ pajjiżna – problema li qed twassal biex individwi ma jirċievux l-edukazzjoni li huma entitolati għaliha bi dritt – b’riżultat li jsibuha diffiċli biex isibu impjieg.

Mara oħra, stqarret kif bosta persuni huma inkwetati anke dwar il-fatt li r-rekords tal-isptarjiet fosthom Monte Carmeli, għadhom ma sarux diġitali.

Semmiet kif xi ħaġa oħra li hija wkoll allarmanti, hija l-frammentazzjoni tal-Ministeri u n-nuqqas ta’ social workers.

L-MEP Peter Agius temm billi qal li s-soċjeta tagħna trid tifhem aktar l-ispektru kollu tad-diżabilitajiet u tadatta skont il-bżonnijiet tagħhom.

Preżenti għal dan l-avveniment kien hemm ukoll ix-Shadow Minister għall-Inklużjoni u d-Drittijiet tal-Konsumatur, Graziella Galea.