Lokali

“Għall-ġid tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri” – Alex Borg

Ritratt: Joseph Galea

“L-abbozz li ressaq il-Partit Nazzjonalista kien wieħed li jsaħħaħ id-delizzji – favur dak kollu li jagħmilna Maltin. Kien mument li kellu jimmarka pass importanti favur l-ambjent.”

Hekk stqarr l-Kap tal-PN Alex Borg eżatt wara li l-Gvern Laburista ivvota kontra li l-ambjent isir dritt fil-Kostituzzjoni, u spiċċa qatel id-diskussjoni.

Fuq Net TV, Alex Borg stqarr li dak li għadna kemm esperjenzajna huwa turija ċara ta’ l-istat ta’ paniku li jinsab fih il-gvern ta’ Abela. U l-gvern għamel minn kollox sabiex dan l-abbozz ta’ liġi ma jerġax jitressaq.

Diversi kienu dawk il-Ministri fi ħdan il-Partit Laburista li din il-ġimgħa għamlu kuntatt ma’ bosta għaqdiet sabiex joħorġu kontra dan l-abbozz. U l-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li l-oppost għal dak li qed jgħid il-Gvern ta’ Abela, dan l-abbozz imressaq mill-PN kien wieħed li jsaħħaħ id-delizzji.

F’din l-intervista, il-Kap tal-PN insista li se jibqa’ jaħdem favur l-interessi taċ-ċittadini kollha.

L-abbozz ta’ Liġi dwar l-ambjent m’għaddiex mill-Parlament wara li d-deputati kollha tal-Gvern ivvutaw kontra.