Bernard Grech, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal fil-parlament li hemm iktar minn 150 Stat minn madwar id-dinja fosthom mill-UE li għandhom l-ambjent rikonoxxut bħala dritt kostituzzjonali.
Bernard Grech qal li l-parlament għandu opportunitá strorika li l-abbozz imressaq mill-PN jista’ jbiddel il-mod kif issir ir-relazzjoni mal-ambjent. Din hu proposta li tiċċentra fuq il-proposta li kull ċittadin għandu dirtt kostituzzjonali għal ambjent nadif u b’saħħtu. Hu qal li l-Istat għandu obbligu li jiddefendi l-ambjent iżda fil-verità l-Istat mhuwiex jipproteġi l-ambjent u l-ġid naturali tal-pajjiż.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern qed jikser din il-kundizzjoni fil-kostituzzjoni u għalhekk iċ-ċittadin għandu jkun armat biex kun hu li jieħu l-passi li jiddefendi l-ambjent. Hu qal li ċ-ċittadin ma jista’ jagħmel quddiem ir-rimi tad-drenaġġ kuljum iżda b’din il-liġi proposta mill-PN, iċ-ċittadin ikun jista’ jqum kontra l-gvern u jgħidlu li ma jistax jibqa’ jiksirlu dan id-dritt fundamentali.
Fiwlaqt li semma’ drititjiet oħra taċ-ċittadin, Bernard Grech qla li b’din il-liġi ċ-ċittadini jkollhom l-għodda legali biex jassiguraw li jiddefendu l-ambjent. Il-gvern m’għandux għalxiex jibża’ jagħti s-saħħa liż-żgħir, sostna Bernard Grech, li semma’ r-rimi tad-drenaġġ fil-baħar, il-kwalità tal-arja, l-ikbar tkabbir tal-emissjonijiet, il-ħela u l-ippjanar urban. Iktar minn 150 stat madwar id-dinja bħal Franza, Spanja, l-Portugall u l-Ġernamnja waqt li l-Qorti Ewropea qed tara kif id-dritt tal-ħajja jinkludi wkoll l-ambjent.
Hu appella lid-deputati Laburisti biex jappoġġjaw din il-liġi għaliex din hi liġi favur il-poplu u favur l-ambjent.
//= $special ?>