Rebekah Borg, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Rebekah Borg qalet fil-parlament li l-PN irid li dak kollu li jagħmilna Maltin ikun protett.
Rebekah Borg qalet li l-Gvern ma kkonulsatx dwar il-liġijiet tal-ippjanar waqt li l-PN ikkonsulta fuq il-proposta tiegħu. Id-deputat Nazzjonalista staqsiet x’se jgħd il-gvern lill-organizzazzjonijiet tal-ambjent issa li l-gvern qed jitkellem kontra d-dritt fundamentali tal-ambjent.
Hi sostniet li l-ambjent jinkludi wkol il-kultura u spjegat kif il-mozzjoni tal-PN tipproteġi dak kollu li jagħmilna Maltin. Ieqfu beżżgħu u kunu partiġġjani, appellat Rebekah Borg, li kompla li l-gvern lest jagħmel kollox biex jirbaħ il-punti politiċi.
Rebekah Borg appellat biex id-diskussjoni tkompli fi stadju ta’ kumitat u jekk hemm bżonn it-tradizzjonijiet ikunu inklużi għaliex il-PN irid jipproteġi l-ambjent. Id-deputat Nazzjonalista appellat beix il-parlament jipproteġi lit-tfal u l-identità Maltija.
//= $special ?>