Darren Carabott, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott qal fil-parlament li permezz tad-dritt fundamentali ġdid tal-ambjent fil-Kostituzzjoni l-PN qed iweleld dritt fundamentali għall-Maltin.
Darren Carabott qal li l-PN qed jagħmel l-aġenda nazzjonali qed issir mill-PN kif qed ikunu proposti d-drittijiet tal-Maltin. Din hi opportunità li Mala tingħaqad ma’ pajjiżi barranin biex il-poplu jkollu ambjent nadif, san u sostenibbli. Hu qal li l-PN hu dispost li tibqa’ ssir konsultazzjoni ħajja. Il-gvern qal li jaqbel fil-prinċipju ma’ dak li qed jipproponi l-PN u għalhekk il-gvern għandu jivvota iva biex issir iktar diskussjoni. Hu appella lill-gvern biex iżomm id-dibattitu ħaj; il-vot hu iva favur l-ambjent u le kontra l-ambjent.
Il-Ministru għall-Ambjent trid tagħżel jekk hijiex il-Ministru favur l-ambjent jew il-minisru kontra l-ambjent. Il-PN lest jibqa’ joħroġ l-id tal-ħbiberija biex jintlaħaq qbil. Ftit qabel din is-seduta l-gvern intebaħ li jrid diskussjoni dwar l-ambjent propju għalex il-PN kien ilu jitkellem sentejn dwar l-ambjent.
Id-deputat Nazzjonalsta qal li jekk il-gvern joqtol din l-idea, din ma tkunx tista terġa’ tittella fil-parlament. Jekk il-gvern jivvota kontra, Gvern Nazzjonalista ġdid iwettaq din il-ħolma, sostna Darren Carabott, li staqsa għaliex il-gvern għandu paniku u biża’ mill-idea tal-PN favur id-dirtt fundamentali għall-ambjent. Il-PN dispost li jtejjeb id-dokument tiegħu biex l-ambjent isir dritt fundamentali tal-poplu Malti.
Darren Carabott qal li ma jistax kif jista’ xi ħadd jivvota kontra d-dritt tal-poplu favur ambjent nadif, san u sostenibbli. Kif jista’ l-gvern jivvota kontra ambjent tajjeb għall-ġenerazzjonijiet futuri.
Malta aċċettat dan id-dritt fuq livell internazzjonali iżda l-Gvern ma jridx idaħħalu għall-Maltin, sostna Darren Carabott, li kompla li jekk xi ministru bagħat xi messaġġ biex ibeżża’, il-fatti huma li l-PN mhijiex imbeżża’ iżda hi propożittiva għall-ġenerazzjonijiet futuri.
//= $special ?>