Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg
Il-Gvern jivvota kontra li d-dritt tal-ambjent san, nadif u sotenibbli jkun fil-kostituzzjoni
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg sostna fil-parlament li l-PN se jibqa’ jiddefendi l-ambjent Maltin u dak kollu li jagħmilna Maltin.
Din id-dikjarazzjoni l-Kap tal-Oppożizzjoni għamilha meta kien qed jagħlaq id-diskussjoni parlamentari dwar il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni biex l-ambjetn jiddaħħal fil-Kostituzzjoni bħala dritt fundamentali.
Fi tmiem id-diskros tal-Kap tal-Oppożizzjoni ttieħed vot dwar din il-mozzjoni li fiha 40 deputat Laburista ivvotaw kontra u 32 deputat Nazzjonalista vvotaw favur. Għalhekk il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni m’għaddietx.
Fid-diskors tiegħu l-Kap tal-Oppożizzjoni qal li ilu ma jara lill-gvern fi stat ta’ paniku kif inhu bħalissa għal żmien twil; sinjal ċar li l-PN qed ikun effettiv u li qed ikun hu li jifforma l-aġenda nazzjonali tal-pajjiż.
Dan hu eżempju ċar ta’ kif il-PN se jkun gvern alternattiv li se jagħti viżjoni ċara lill-pajjiż. Minn meta sirt Kap tal-PN u tal-Oppożizzjoni, il-gvern qed jagħmel spin wara l-ieħor biex jipprova jifta’ dell ikrah fuq il-PN. L-ewwel spin kienet dwar it-torrijiet, qal Alex Borg li spjega kif hu kien tkellem favur skyline policy. Il-PN jaf li uffiċjali ogħlja fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru ikkuntattjaw lill-imsiebħa soċjali Għawdxin biex joħorġu stqarrijiet kontrih, sostna Alex Borg.
Din il-ġimgħa ministri tal-gvern ċemplu u bagħtu messaġġi lil diversi għaqdiet biex joħorġu stqarrijiet kontra l-PN. Dwar dan il-PN għandu wkoll whats app chats. Il-PN se jibqa’ jiddefendi l-identità tal-pajjiż, id-delizzji, l-isport u l-identità Maltija.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-gvern ħalla din il-mozzjoni għal sentejn fuq l-ixkaffa u sostna li fl-ewwel okkażjoni li kellha, l-Oppożizzjoni ressqet din il-mozzjoni.
Dan hu mument kruċjali għall-pajjiż u ninsab kburi li l-ewwel liġi li ressaqt bħala Kap tal-Oppożizzjoni hi dik li tiddefendi l-ambjent tal-pajjiż, sostna Alex Borg.
Ħajja ta’ kwalità tfisser ambjent nadif, san u sostenibbli għaliex l-ambjent hu dritt, bħall-ħajja u s-saħħa. F’Malta hawn kriżi ambjentali b’ministru kontra l-ambjent flok favur l-ambjent. Fost il-problemi hemm dik li t-traffiku qed jikkaġuna tniġġeż tal-arja, hemm il-qagħda prekarja tal-iskart, il-baħar imniġġeż b’nuqqas ta’ investiment fl-infrastruttra u nuqqas ta’ spazji ħodor u miftuħa.
Il-viżjoni tal-PN hi li kull Malti għandu dritt biex jgħix f’ambjent san, nadif u sostenibbli imniżżel fil-kostituzzjoni biex ħadd ma jkun jista’ jċaħħad lill-poplu Malti minn dan id-dritt.
Il-Gvern dam xhur u snin ikaxkar saqajh fuq dan l-abbozz iżda bl-għaġġla l-gvern ressaq abbozzi ta’ liġijiet li jbiddlu u jxekklu d-drittijiet tal-Maltin kollha. Dawn ir-riformi mhumiex fl-interess tal-poplu, sostna Alex Borg, li kompla li l-PN jinsisti li l-gvern jirtira dawn l-abbozzi u ssir konsultazzjoni mal-poplu.
L-iżvilupp għandu jkun studjat u bi pjan, sostna Alex Borg, li kompla li dan għandu jħares lill-ġenerazzjonijiet preżenti u dawk tal-futur. Il-PN jinissti għal arja nadifa, ilma nadif, spazji żodor u ndaf, ħarsien tal-biedja, sistema ta’ ġbir ta’ skart effiċjenti u enerġija nadifa.
Il-PN qed jipproponi li l-qorti tkun tista’ timblokka deċiżjonijiet tal-gvern li jkunu se jikkaġuanw ħsarat ambjentali għaliex kulħadd ikollu dritt għal ambjent u li l-gvern ma jkunx jista’ jgħaddi policies li jikkaġunaw ħsarat ambjentali.
Il-Kap tal-PN qal li r-riformi fl-ippjanar għandhom isiru iżda b’mod ħolistiku u sostna li dan id-dritt fundamentali tal-ambjent diġà jeżisti f’iktar minn 100 pajjiż. Il-PN hu favur il-protezzjoni bil-kostituzzjoni tal-irħula u l-ibliet.
Hu sellem lill-uffiċjali l-ġodda tal-PN li qed jiġu attakki mill-PL u appellalhom biex jibqgħu jaħdmu għax jinsabu fuq in-naħa t-tajba tal-istorja. Hu sostna li l-poplu qed jistenna lill-PN beix jiddefendi l-interessi tiegħu, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg, li sostna li jekk il-gvern jvvota kontra se jkun qed jivvota kontra l-ambjent tal-poplu Malti.
//= $special ?>