Illum, fl-4:30pm, tibda s-seduta Parlamentari dedikata għal tema magħżula mill-Oppożizzjoni. U l-Kap tal-PN Alex Borg għażel li jpoġġi l-ambjent bħala tema ċentrali ta’ din l-ewwel seduta minn kemm ilu fit-tmexxija.
Illejla, fil-fatt, se jkun diskuss l-abbozz ta’ liġi biex l-ambjent isir dritt fil-Kostituzzjoni.
Permezz ta’ dan id-dritt, kull persuna tkun tista’ tikkontesta liġijiet li jkollhom l-intenzjoni li jeqirdu lil Malta u Għawdex għall-benefiċċju kontinwu ta’ ftit nies.
Numru kbir ta’ għaqdiet diġa’ ħarġu favur din il-mozzjoni tal-Partit Nazzjonlista, biex l-ambjent isir dritt fundamentali fil-Kostituzzjoni ta’ pajjiżna. Fi stqarrija dawn l-għaqdiet spjegaw li din il-mozzjoni tagħti d-dritt għal ambjent nadif, b’saħħtu u sostenibbli bħala dritt kostituzzjonali għal kull persuna li tgħix f’Malta.
Dawn l-għaqdiet jemmnu li dan id-dritt se jgħin biex tieqaf il-ħsara li ilha ssir lill-ambjent għal dawn l-aħħar snin.
//= $special ?>