Lokali

Iweġġa gravi wara inċident tat-traffiku fil-Qala

Il-Ħamis għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’filgħodu, l-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq l Imġarr, il-Qala, Għawdex.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn Kia Picanto misjuqa minn mara ta’ 53 sena residenti l-Qala u mutur Honda NSC misjuq minn raġel ta’ 47 sena residenti n-Nadur.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.