Ix-xahar ta’ Ottubru hu magħruf internazzjonalment bħala ‘Pink October’, hekk kif matul dan ix-xahar, titqajjem kuxjenza dwar il-kanċer fis-sider.
Għal din l-okkażjoni, il-faċċata tad-Dar Ċentrali nxtelet bil-lewn roża – il-kulur prinċipali li jfakkar dan ix-xahar, u l-bżonn ta’ prevenzjoni.
Il-kanċer fis-sider jaffettwa nisa – u anke irġiel – ta’ kwalunkwe età.
Madwar waħda minn kull 12-il mara tiġi diagnosed b’dan it-tip ta’ kanċer.
Apparti li f’dan ix-xahar titqajjem kuxjenza dwar il-kanċer fis-sider, f’Ottubru isiru diversi avvenimenti li jitfgħu dawl fuq il-ħtieġa tal-prevenzjoni….u x’inhuma s-sinjali u s-sintomi tal-kanċer fis-sider, u kif jiġi trattat dan it-tip ta’ kanċer.
//= $special ?>