Carm Mifsud Bonnici, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal fil-parlament li l-ambjent hu parti mill-ġustizzja soċjali.
Carm Mifsud Bnnici qal li l-PN jemmen f’bidla kulturali fil-pajjiż għaliex l-ambjent hu wkoll parti mill-ġustizzja soċjali. Hu żied li hu tajjeb li l-ambjent ikun imnaqqax fil-Kostituzzjoni u sostna li d-deputati tal-gvern qed ifittxu r-raġunijiet kollha biex ma jivvutawx favur l-ambjent.
Dan l-abbozz ilu sentejn jistenna biex ikun diskuss, qal Carm Mifsud Bonnici, li kompla li l-Green Paper li poġġa l-gvern fuq il-mejda tal-Kamra hu pass ‘il quddiem iżda fil-verità hi l-Oppożizzjoni li qed timbotta lill-Gvern biex iwettaq.
Din il-proposta tal-PN mhijiex kontra d-delizzji jew kontra xi settur ieħor iżda hi favur li residenti bħal dawk ta’ Pembroke ikollhom għodda biex jipproteġu lilhom innfushom mill-proġetti ta’ kostituzzjoni li qed isiru. Hu staqsa x’argument hu dak li din il-proposta tmur kontra it-tfal li jilgħabu l-football u rrimarka li l-PN qed juri li hu favur l-ambjent b’konvinzjoni.
//= $special ?>