Internazzjonali

L-armata Iżraeljana interċettat numru ta’ vapuri li kellhom iwasslu l-għajnuna f’Gaza

L-armata Iżraeljana, fl-aħħar sigħat, interċettat ta’ numru ta’ vapuri li kienu mmirati li jwasslu l-għajnuna lejn Gaza.

Rapporti internazzjonali qed jindikaw illi numru ta’ vapuri kienu interċettati, u miżmuma mill-armata Iżraeljana hekk kif – skont l-Iżraeljani dawn il-vapuri ma kellhom l-ebda għan li jwasslu l-għajnuna imma kienu biss sabiex jipprovokaw lill-Iżraeljani. Mit-43 vapur li kienu fi triq lejn Gaza, 39 minnhom ġew interċettati, filwaqt li erba minnhom għadhom fit-triq lejn Gaza, bi tnejn minnhom ikunu għajnuna legali. Wieħed mill-vapuri rnexxielu jasal fl-ibħra Palestinjani – l-iżjed viċin li vapur bl-għajnuna umanitarja qatt wasal lejn Gaza mill-bidu tal-kunflitt.

Il-vapuri huma ta’ Global Sumud Flotilla – inizjattiva internazzjonali li qed tipprova twaqqaf il-blockade fuq Gaza u fost il-presuni li kienu abbord kienet ukoll l-attivista Greta Thunberg u n-neputi ta’ Nelson Mandela, Mandla Mandela.