Magħrufa mad-dinja kollha – tmut il-mara li ddedikat ħajjitha sabiex titkellem dwar il-ħarsien tal-annimali selvaġġi, kif ukoll pijuniera fl-istudju taċ-chimpanzees.
Jane Goodall, primatologa Brittanika, hija l-mara li bidlet għal kollox l-istudju taċ-chimpanzees, kif ukoll saret waħda mill-aktar kelliema rispettati tal-annimali selvaġġi fid-dinja.
Din il-mara straodinarja, mietet fl-età ta’ 91 sena, hekk kif ġie mħabbar l-Erbgħa tard filgħaxija.
Goodall mietet fil-paċi waqt li kienet rieqda f’Los Angeles. Kienet propju f’Los Angeles preżenti f’tour ta’ taħdit.
F’video finali li ttella’ qabel mewtha, Goodall kienet libsa l-ilbies aħdar li tant kienet magħrufa bih. Intant, f’dan il-video Goodall qalet lill-udejenza li għalkemm xi wħud kapaċi jgħidu ‘Bonjour’ u oħrajn kapaċi jgħidu ‘Guten Morgen’, Goodall tenniet kif hi kapaċi tgħid ‘Hoo-hoo-hoo-hoo’, li tfisser ‘bonġu’ bil-lingwa taċ-chimpanzee.
Ħafna kienu dawk li sellmu l-memorja tagħha, fosthom konservazzjonisti, politiċi u artisti.
//= $special ?>