Eve Borg Bonello, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Eve Borg Bonello sostniet fil-parlament li, l-problema ambjentali tant hi kbira li mijiet ta’ Maltin imutu kull sena minħabba mard respiratorju
Eve Borg Bonello qalet li l-PN għandu responsabbiltà u tama għaliex id-diskussjoni mhijiex biss bidla fil-liġi iżda viżjoni għal Malta u Għawdex. Il-PN jemmen li l-Maltin għandhom id-dritt li jgħixu f’ambjent san u sostenibbli.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li d-dritt fundamentali ta’ ambjent nadif hu dritt fundamentali daqs il-ħajja u drittijiet oħra. Hi sostniet li l-parlament Malti għandu dmir li jagħti dan id-dritt liċ-ċittadini u qalet li l-PN qed jipproponi li kull policy jkollha tgħaddi mill-kejl tal-ambjent fejn il-ġenerazzjonijiet futuri jkollhom l-għodod f’idejhom biex il-gvern jinżamm kontabbli.
Eve Borg Bonello sostniet li l-ambjent hu dak kollu li jdawwar lill-poplu Malti fil-ħajja tiegħu ta’ kuljum. Hi tkellmet dwar it-tibdil fil-klima, l-arja maħmuġa li qed toqtol mijiet ta’ Maltin qabel iż-żmien; iktar minn 500 Malti jmut kull sena minħabba mard kaġunat minn mard respiratorju.
Eve Borg Bonello kompliet li fil-Qorti Ewropea qed tagħti direzzjoni i l-ambjent hu parti minn pakkett ta’ drittijiet umani. Din mhijiex kwistjoni partiġġjana, sostniet Eve Borg Bonello, li appellat lid-deputati tal-Gvern biex ikolhom il-kuraġġ li jagħtu dritt fundamentali għall-ambjent.
//= $special ?>