Futbol Sport

Prestazzjoni qalbiena minn Ħamrun minkejja t-telfa fid-debutt tagħhom

Ritratt: Joseph Galea

Jagiellonia Bialystok ……………. 1

Ħamrun Spartans ……………….. 0

Jagiellonia B.: S.Abramowicz, N.Wojtuszek, B.Vital, D.Stoijnovic, B.Wdowik, L.Flach, J.Balleste, T.Romanczuk, A.Pozo, A.Pululu, O.Petruszewski

Ħamrun S: H.Bonello, R.Camenzuli, O.Bjelicic, V.Polito, R.Compri, D.Simkus, Ederson, A.Coric, J.Mbong, S.Thioune, D.Koffi

Referee: I.Stojcevski

Ħamrun Spartans kellhom prestazzjoni qalbiena fl-ewwel partita mid-debutt fil-UEFA Conference League, minkejja t-telfa ta’ 1-0 kontra Jagiellonia. It-tim Ħamruniż were dixxiplina tattika u livell tekniku pożittiv, anke wara li sfaw jilgħabu b’għaxar plejers fit-62 minuta, meta tkeċċa’ d-difensur Joseph Mbong.

L-aktar azzjoni kontroversjali tal-partita waslet fit-83 minuta meta Ħamrun sejjħu għal penalty, bir-referee Stojcevski ixejjen il-protesti ta’ Ħamrun. Għal Ħamrun, il-captain u goalkeeper Henrey Bonello kien ukoll strumentali fejn laqa’ diversi tentattivi ta’ Jagiellonia, biex żamm lit-tim Ħamruniż fil-partita, b’Jagiellonia, fit-tieni taqsima jiddefendu r-riżultat.