Mosta ……………. 3
Gżira United ……. 4
Mosta: D.Akpan, M.Bolanos, H.Machado, G.Goncalves, J.Da Silva, G.Sciberras, N.Agius, Q.Hurtado, C.Prince, S.Okereke, J.Vassallo
Gżira Utd: E.Colombo, G.Bohrer Mentz, E.Fonseca, A.Borg, C.Penha, C.Failla, L.Riascos, E.Becerra, D.Xuereb, J.Bonila, F.Silva
Referee: D.Casha
Assistenti Referees: M. Scerri, M.Muscat
Fis-Centenary Stadium Gżira United kisbu l-ewwel rebħa tagħhom dan l-istaġun taħt it-tmexxija tal-kowċ il-ġdid Darren Abdilla meta gġelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 4-3. F’partita pjaċevoli, iż-żewġ timijiet kellhom il-mumenti tagħhom b’Mosta jiftħu l-iskor fis-26 minuta permezz ta’ Chibuzor Prince, qabel doppjetta ta’ Andre Penha Da Costa dawwret ir-riżultat 2-1 favur Gżira sa tmiem l-ewwel taqsima.
Mal-ftuħ tat-tieni taqsima Gżira komplew jiftħu l-vantaġġ b’gowl ta’ Fabricio Girgens, b’Daniel Henrique Machado, inaqqas id-distakk għal Mosta għal 3-2. Gżira mill-ġdid fetħu vantaġġ ta’ żewġ gowls fil-61 minuta b’konklużjoni ta’ Luis Riascos, qabel kien Zachary Brincat li skorja l-aħħar gowl tal-partita, għal riżultat finali ta’ 4-3.
//= $special ?>