Fi Stadio Olimpico telfa minima ta’ 1-0 għal Roma kontra Lille. Kienu Lille li fetħu l-iskor wara sitt minuti b’gowl ta’ Hakon Haraldsson. Fil-85 minuta Roma viċin ferm li jiksbu d-draw meta ingħataw penalty. Minkejja dan, minn tliet tentattivi separati, Artem Dovbyk falla darbtejn, kif ukoll Matias Soule.
Telfa f’darhom għal Nottingham Forest kontra Midtylland bl-iskor ta’ 3-1. Kien id-Daniżi li fetħu l-iskor fit-18-il minuta permezz ta’ Ousmane Diao qabel erba’ minuti wara kien Dan Ndoye li kiseb id-draw fuq pass ta’ Morgan Gibbs-White. Fl-24 minuta Midtylland mill-ġdid fil-vantaġġ b’gowl ta’ Mads Bech biex fit-88 minuta kien Valdemar Byskov li minn kontrattakk xeħet wara Metz għal 3-1. Fid-92 minuta Chris Wood ikkonverta mill-ħdax-il metru, liema gowl madanakollu ma kienx biżejjed biex jagħti rebħ lit-tim immexxi minn Ange Postecoglou.
Riżultati: Roma v Lille 0-1, Bologna v Freiburg 1-1, Brann v Utrecht 1-0, Celtic v Braga 0-2, FCSB v Young Boys 0-2, Fenerbache v Nice 2-1, Ludogorets v R.Betis 0-2, Panathinaikos v G.Ahead 1-2, V.Plzen v Malmo 3-0, Basel v Stuttgart 2-0, Celta Vigo v PAOK 3-1, Porto v Crvena Zvezda 2-1, Feyenoord v A.Villa 0-2, Genk v Ferencvaros 0-1, Lyon v Salzburg 2-0, M.Tel Aviv v D.Zagreb 1-3, Nott Forest v Midtylland 2-3, S.Gruz v Rangers 2-1
//= $special ?>