Nhar il-Ħadd 28 ta’ Settembru, Jan Gauci rċieva l-abitu ta’ San Duminku minn idejn il-Provinċjal Patri Vince Micallef OP, fil-Knisja ta’ Santa Maria delle grazie f’Milan, fejn hu se jkun qed iqatta’ s-sena tan-novizzjat.
Flimkien ma’ tmien żgħażagħ oħra minn tliet provinċji Taljani u oħra fil-Brażil, iż-żagħżugħ mill-Parroċċa ta’ Santa Marija f’Birkirkara ngħaqad mal-Ordni tal-Predikaturi, fejn jiġu mgħallma fil-veritajiet tal-fidi u fix-xjenzi li jwasslu għat-tixrid tal-Evanġelju u s-salvazzjoni tal-erwieħ.
Preżenti għall-vestizzjoni kien hemm il-Mastru tal-istudenti tal-Provinċja Maltija Patri Llewellyn Muscat OP, kif ukoll żewġ studenti Dumnikani Maltin Fra Matthias Buhagiar u Fra Kieran Cassar.
