Lokali

Is-Sindku tal-Belt f’paniku – Jinfexx jattakka lill-Kunsilliera tal-PN Ylenia Montfort

Il-Ġimgħa filgħodu l-Kunsilliera tal-Belt Valletta, Ylenia Montfort, f’post fuq il-midja soċjali qasmet l-artiklu li ġie ppubblikat fil-gazzetta ‘Il-Mument’ tal-Ħadd li għadda fejn ġie żvelat kif is-Sindku tal-Belt Valletta Olaf McKay qed jabbuza mill-poter tiegħu u saħansitra, qed jidħol fi prattiċi żbaljati.

Fl-istess post, il-Kunsilliera Montfort kitbet li s-Sindku, Olaf McKay qabeż lis-Segretarju Eżekuttiv u ġabar 3 kwotazzjonijiet hu ghal 30 siġra li ġew imħallsin mill-Ministeru ta’ Julia Farrugia Portelli u Aġenzija Sapport.

Jidher biċ-ċar li s-Sindku Falla milli jippreżenta mozzjoni ta’ infieq waqt il-laqgħa tal-Kunsill Lokali fuq l-ispejjeż l-oħra li swew lill-Kunsill – Liema spejjeż huma stmati li jaqbżu it-3 elef ewro.

B’reazzjoni għal dak li kitbet Montfort fuq Facebook, is-Sindku Olaf McKay ħareġ jattakka u jinnega dan kollu u saħansitra prova jfixkel lis-segwaċi tiegħu billi stqarr li dan qed jiddawwar f’ballun politiku. Minn kliemu McKay deher li jinsab fi stat ta’ paniku hekk kif infexx jghajjar lill-Kunsilliera Montfort ‘pappagall’ u ‘fake’. Dan wara li Montfort talbitu pubblikament b’kumment fuq l-istess post sabiex:

  • Jippubblika dalgħodu stess il-kwotazzjonijiet miġbura minnu
  • Jippubblika dalgħodu stess il-mozzjoni tal-infieq li tella’ fil-Kunsill, bl-agenda u l-minuti relevanti marbuta ma’ din l-attivita’
  • Jippubblika l-iskeda ta’ pagamenti li fiha jidhru l-ispejjeż ulterjuri ta’ din l-attivita’ li mhux veru kienet pjanata mill-Kunsill Lokali imma minnu stess

Is-Sindku Laburista ghażel li jibblokkjaha sabiex il-kumment ma jibqax jidher. Attitudni li turi nuqqas ta’ trasparenza, kontabbilta’ u governanza tajba.