Lokali

Chris Bonett issa qed jgħid li “jaqbel” mal-protezzjoni tal-ambjent

Il-Ministru Chris Bonett issa qed jgħid li hu jaqbel mal-abbozz imressaq mill-PN li jagħti protezzjoni lill-ambjent fil-Kostituzzjoni tagħna. Għalkemm fl-istess nifs, qed jgħid li l-problema hija dwar ir-rimedju.

Bonett għamel din id-dikjarazzjoni l-għada li fil-Parlament – flimkien ma’ sħabu kollha tal-Gvern – ivvota kontra li l-ambjent ikun dritt protett fil-Kostituzzjoni.

Pressat mid-domandi ta’ Net News, il-Ministru tat-Traffiku kkonferma li l-membri tal-Gvern litteralment ramew dan l-abbozz tant importanti imressaq mill-Oppożizzjoni.

Għall-mistoqsijiet tagħna, Chris Bonett wieġeb b’attakk partiġġjan. Meta fil-verità, il-Gvern għamel sentejn fil-muta fuq dan l-abbozz.

Anzi, dak iż-żmien kellek il-Prim Ministru li mhux talli m’opponiex, talli kien jgħid li d-dritt diġa’ jeżisti fil-liġi.

L-abbozz tal-PN m’għaddiex mill-Parlament wara li d-deputati kollha fuq in-naħa tal-Gvern ivvutaw kontra.