Il-Ministeru tad-Difiża fil-Belġju qed jinvestiga preżenza tad-drones ( madwar 15) fuq il-bażi tal-ajru militari ta’ Eisenborn lejn il-lvant tal-pajjiż.
Huma ntlemħu waqt il-provi ta’ sorveljanza rutina, bl-awtoritajiet Belġjani qed jieħdu l-passi kollha għas-sigurtà wara li kienu rappurtati diversi inċidenti simili bi drones ‘barranin’ li infiltraw l-ispazju tal-ajru ta’ diversi pajjiżi Ewropej.
Il-bażi inkwistjoni tkopri mat-30 metru kwadru u jintuża primarjament bħala kamp għal taħriġ militari.
Ħadd għadu ma jaf minfejn kienu telqu d-drones, fost indikazzjonijiet li dawn l-inġenji ‘qasmu lejn il-Belġju mill-Ġermanja. Dan ukoll meta r-Russja qed tkun akkużata dejjem aktar dwar attività ‘kontinwa u mhux tas-soltu’ bid-drones fl-Ewropa tal-Punent.
//= $special ?>