Lokali

Tlett persuni feruti wara ħsarat fuq mitħna fix-Xagħra

Tlett ħaddiema ta’ Heritage Malta ġarrbu xi ġrieħi wara li l-qlugħ tal-mitħna ta’ Kola fix-Xagħra Għawdex għelbu għelbu għal fuq bejt tagħha stess, waqt li kienu qed jiddawwru bl-idejn.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar waqt li l-ħaddiema kienu qed iwettqu spezzjoni ta’ rutina fuq il-mitħna wara l-maltemp li seħħ fl-aħħar jiem.

Minnufih fuq il-post issejħet ambulanza u t-tlett ħaddiema ttieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa.

Skont stqarrija maħruġa minn Heritage Malta, l-inċident seħħ minħabba li l-injam li jżomm il-qlugħ, ġarrab ħsarat kawża tal-maltemp – tant li spiċċa wassal għat-tiġrif li kkawża anke ħsarat fis-soqfa tal-mitħna.