Hekk kif beda Ottubru, il-Partit Nazzjonalista jingħaqad mal-poplu Malti u Għawdxi biex ifakkar Pink October. Matul dan ix-xahar ikompli jitqajjem l-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, jiġu onorati dawk li għelbu din il-marda, jiġu mfakkra dawk li ħallewna, u jingħata kull appoġġ lil dawk li għadhom qed jissieltu kontra din il-marda.
Il-kanċer tas-sider jolqot diversi nisa f’Malta kull sena.
Iżda wara kull statistika hemm persuna, hemm familja, hemm komunità li tgħix il-weġgħa. Pink October mhuwiex biss ġest simboliku iżda għandu jfakkarna li aċċess f’waqtu għall-kura, l-edukazzjoni u s-sapport jista’ jsalva l-ħajjiet.
Il-Partit Nazzjonalista juri solidarjetà ma’ dawk kollha milquta mill-kanċer tas-sider u jesprimi r-rikonoxximent u l-apprezzament lejn il-professjonisti, l-NGOs u l-volontieri kollha li jaħdmu bla heda f’dan il-qasam kuljum.
Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista jirrikonoxxi l-progress li sar matul is-snin, jemmen li hemm bżonn isir aktar biex niżguraw li kull mara f’Malta – irrispettivament mill-età, is-sitwazzjoni finanzjarja jew il-kuntest soċjali tagħha – ikollha aċċess ugwali u f’waqtu għall-prevenzjoni bi programmi ta’ mammograms u ultrasounds, kif ukoll trattament modern u aċċessibbli għal kull min għandu bżonn, flimkien ma’ servizzi ta’ appoġġ psikoloġiku għall-pazjenti u l-familji tagħhom.
Pink October mhuwiex biss xahar ta’ għarfien u kampanji edukattivi tant importanti. Huwa xahar ukoll ta’ għaqda, kompassjoni, u r-responsabbiltà kollettiva li lkoll kemm aħna għandna biex nipproteġu s-saħħa tan-nisa ta’ pajjiżna.
Din l-istqarrija iffirmat mid-deputati Graziella Attard Previ, Shadow Minister ghall-Ugwaljanza, il-Libertajiet Ċivili u x-Xandir Pubbliku, Stephen Spiteri Shadow Minister għas-Saħħa u l-President, Moviment Nisa Partit Nazzjonalista Marie Claire Zammit.
//= $special ?>