Internazzjonali

Identifikati ż-żewġt irġiel li nqatlu f’attakk terroristiku barra Sinagoga f’Manchester

Adrian Daulby ta’ 53 sena u Melvin Cravitz ta’ 66 sena, huma ż-żewġt irġiel li nqatlu f’attakk terroristiku barra s-Sinagoga tal-Kongregazzjoni Ebrajka ta’ Heaton Park fi Crumpsall, Manchester.

Dan ġie kkonfermat mill-pulizija lokali li wkoll qalet li filwaqt li l-identifikazzjoni formali għad trid tiġi konkluża, il-familji tal-vittmi ġew infurmati u qed jiġu appoġġjati minn uffiċjali speċjalizzati. Iż-żewġt irġiel kienu jgħixu fl-istess żona ta’ Crumpsall.

Is-suspettat ewlieni huwa Jihad al Shamie ta’ 35 sena – ċittadin Ingliż ta’ dixxendenza Sirjana. Tliet persuni oħrajn – żewġt irġiel li għandhom fuq it-30 sena u mara li għandha fuq is-60 sena – ġew arrestati fuq suspett ta’ reati relatati mat-terroriżmu.