Waqt li l-PN qed jibqa’ jippreżenta proposti għall-ġid tal-pajjiż, il-Gvern baqa’ għaddej b’kampanji ta’ attakki personali – ħafna minnhom indirizzati lejn dawk kollha li fl-aħħar ġimgħat ingħaqdu ma’ Alex Borg biex tissaħħaħ il-ħidma tal-Oppożizzjoni. U sabiex il-PN ikun tassew Gvern alternattiv.
Dwar dan tkellem il-Kap tal-PN innifsu, meta l-Ħamis indirizza l-Parlament waqt li kien qed jiġi diskuss l-abbozz tal-Oppożizzjoni biex l-ambjent isir dritt fil-Kostituzzjoni.
B’Alex Borg jgħid li l-Gvern spiċċa f’paniku. U allura, qiegħed jattakka bl-addoċċ lil dawk kollha li ma jaqblux miegħu.
Fl-istess diskors, Alex Borg għamilha ċara li l-PN se jibqa’ jiddefendi dak kollu li jagħmilna Maltin; bil-Kap tal-PN ikisser il-fake news li xerred il-Labour fl-aħħar jiem.
//= $special ?>