Il-programm Opinjoni tal-lejla fuq NET TV fid-8.45 pm se jiffoka fuq l-ambjent u l-kontroversji marbuta miegħu bħalissa.
Immexxi minn Dione Borg, il-programm tal-lejla se jinkludi l-parteċipazzjoni ta’ ambjentalisti ewlenin li se jiddiskutu kemm l-abbozz ta’ liġi imressaq mill-gvern bla konsultazzjoni li se jkisser l-istrutturi tal-ippjanar u l-protezzjoni tal-ambjent kif ukoll il-mozzjoni tal-PN biex l-ambjent isir dritt fundamentali tal-bniedem fil-Kostituzzjoni. Din il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni kienet diskussa fil-parlament fis-seduta tal-bieraħ il-Ħamis 2 ta’ Settembru 2025 u fiha l-Gvern Laburista vvota kontra dan id-dritt.
Dan il-rogramm se jkun qed jixxandar propju lejliet li fil-Belt se ssir protesta kbira minn diversi għaqdiet ambjentalisti li se jwasslu l-vuċi tagħhom kontra l-gvern li bil-liġijiet li se jkun qed jipproponi se jkun qed jagħmilha possibbli li jinqered l-ambjent li fadal f’Malta.
Tul il-programm l-ambjentalisti preżenti se jesprimu wkoll l-opinjoni tagħhom dwar il-mozzjoni tal-PN biex l-ambjent isir dritt fundamentali tal-Maltin u l-Għawdxin u biex b’hekk il-Maltin u l-Għawdxin ikollhom garanzija ta’ ambjent san, nadif u sostenibbli għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.
Opinjoni jixxandar llejla fuq NET fid-8.45 pm.
//= $special ?>