Raġel u mara qed jiġu rikoverati l-isptar wara li kienu involuti f’ħabta bejn Isuzu D-Max u Toyota IQ.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar, fi triq fil-bypass ta’ Birkirkara li tagħti għall-Università.
Minnufih il-Pulizija ġew infurmati bl-inċident u fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tal-mara u r-raġel għadha mhix magħrufa.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>