Internazzjonali

Tislima lill-karattru ta’ Mrs Bucket – tmut l-attriċi Ingliża Patricia Routledge

Mietet l-attriċi Ingliża Patricia Routledge fl-età ta’ 96 sena u li kienet popolari l-aktar għall-parti tagħha ta’ Mrs Bucket fis-serje ‘Keeping Up Appearances’.

Rapporti qed jindikaw li Routledge mietet waqt li kienet rieqda, imdawra b’nies li kienu qrib tagħha.

Hi kienet personalità li baqgħet assoċjata mat-televiżjoni.

L-attriċi Ingliża qatt ma żżewġet u qatt ma kellha ulied.