Lokali

AĠĠORNATA: Erba’ Maltin imutu fil-Kroazja wara li waqgħu fil-baħar b’karozza tal-kiri

Traġedja fil-belt ta’ Senj fil-Kroazja.

Erba’ Maltin, żewġt irġiel u żewġ nisa, mietu f’inċident li seħħ ilbieraħ wara li l-karozza li kienu fiha spiċċat fil-baħar.

Jidher li l-vittmi kienu żewġ koppji, u kienu għaddejin b’vaganza qrib il-kosta Kroata.

Il-midja tal-Kroazja qed tirrapporta li l-karozza kienet tal-kiri, u għal xi raġuni waqgħet fil-baħar wara li s-sewwieq tilef il-kontroll.

Net News kiseb l-identità tal-vittmi, iżda infurmati li l-qraba għadhom qed jiġu kkuntatjati mill-Pulizija lokali.

Illum kellha ssir l-awtopsja fuq il-katavri.