Futbol Sport

Estevao l-eroj għal Chelsea kontra Liverpool… Arsenal jitilgħu f’ras il-klassifika

Fi tmiem drammatiku fi Stamford Bridge kienu Chelsea li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1. Kienu Chelsea li fetħu l-iskor fl-14-il minuta meta kien Moises Caicedo li b’xutt b’saħħtu għeleb lil Maramashvidili għal 1-0. Fit-63 minuta Liverpool kisbu l-gowl tad-draw meta kien Cody Gakpo li xeħet mill-viċin għal 1-1. Biex fl-aħħar minuti tal-partita kien Estevao li fuq cross ta’ Marc Cucurella xeħet fix-xibka għall-gowl tar-rebħa.

Fl-Emirates Stadium Arsenal għamlu kif kien mistenni minnhom u għelbu lil West Ham bl-iskor ta’ 2-0. Minkejja li ma kinietx partita eċitanti, fl-ewwel taqsima Arsenal kellhom diversi opporunitajiet ta’ skor fosthom xutt ta’ Riccardo Calafiori li ħabat mal-lasta. Fil-35 minuta huma fetħu l-iskor meta minn azzjoni mil-lemin, Eberechi Eze ra x-xutt tiegħu salvat mill-goalkeeper Areola, biex mit-tieni tentattiv kien Declan Rice li xeħet fix-xibka kontra l-eks club tiegħu.

B’West Ham ftit li xejn ikunu perikolużi kien Arsenal li rduppjaw fis-67 meta huma ngħataw penalty għal foul ta’ Malick Diouf fuq Jurrien Timber. Mill-ħdax-il metru kien Bukayo Saka li ma żbaljax għal 2-0. Din kienet il-200 preżenza ta’ Saka ma’ Arsenal fil-Premier League, bil-gowl ikunu il-100 gowl li fih kien involut, 55 gowls skorjati u 45 assist.

F’Old Trafford, rebħa konvinċenti ta’ 2-0 għal Manchester United fuq Sunderland biex tat xi ftit tan-nifs lil Ruben Amorim, wara l-pressjoni li kellu fl-aħħar ġimgħat. Ir-Red Devils fetħu l-iskor fit-8 minuta meta żmarkat minn tarf il-kaxxa, ikkonkluda fix-xibka għal 1-0. Il-gowl ta’ Mount kien biżejjed biex żamm lil United fil-vantaġġ matul l-ewwel taqsima fejn iddominaw il-maġġoranza tat-taqsima.

Fil-31 minuta kien Benjamin Sesko li rdoppja l-iskor meta approfitta minn indeċiża fid-difiża ta’ Sunderland minn throw-in fit-tul, biex mill-viċin ma żbaljax għal 2-0.  Sunderland ħasbu li ngħataw penalty lejn tmiem l-ewwel taqsima għal foul ta’ Sesko fuq Trai Humer, li madanakollu ma ngħatax wara konsultazzjoni mal-VAR. Fit-tieni taqsima, Manchester United sofrew xi ftit tal-pressjoni li madankollu irnexxielhom iżommu r-riżultat intatt. B’hekk b’din ir-rebħa Man Utd teglgħu fit-tmien post tal-klassifika u naqqset xi ftit tal-pressjoni minn fuq il-Portugiż, Amorim.

Tottenham irnexxielhom jagħtu l-ewwel telfa f’darhom tal-istaġun lil Leeds meta f’Elland Road għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1. Leeds bdew fuq l-attakk fejn ħolqu numru ta’ okkażżjonijiet fosthom daqqa ta’ ras ta’ Joe Rodon li ħabtet mal-lasta. Imma kien Tottenham li marru fil-vantaġġ fit-23 minuta meta Mohammed Kudus sab lil Mathys Tel li x-xutt tiegħu kien devjat ġox-xibka għal 1-0. Leeds irrisopndew ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima meta kien Noah Okafor li kiseb il-gowl tad-draw. Fit-tieni taqsima kienu Tottenham li skorjaw dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa fis-57 minuta meta din id-darba kien Mohammed Kudus li b’xutt fil-baxx għeleb lil Struijk għal 2-1.