Lokali

Iċċelebrat iż-żwieġ ta’ Darren Carabott u martu Miriana

Ritratti: Martin Agius

Illum kienet ġurnata speċjai għas-Shadow Minister Darren Carabott li ngħaqdet fis-Sagrament taż-żwieġ mal-maħbuba tiegħu Miriana.

Il-koppja Darren Carabott u Miriana Borg iżżewġu f’ċerimonja li saret fil-Knisja tal-Kapuċċini fil-Kalkara, dedikata lil Santa Barbara.

Wara, sar riċeviment privat, flimkien mal-qraba, ħbieb u anke kollegi tagħhom fosthom id-deputati tal-Partit Nazzjonalista.

Net News jawgura lill-koppja Carabott għal dan il-kapitlu ġdid fil-ħajja tagħhom.