Il-Hamas qed jaqblu li jeħilsu l-ostaġġi Iżraeljani kollha li fadal, iżda qalu li qed ifittxu taħdidiet dwar numru ta’ punti ewlenin imfassla fil-pjan ta’ paċi tal-Istati Uniti.
L-istqarrija waslet ftit sigħat wara li l-President Amerikan Donald Trump ta lill-Hamas sal-11 ta’ filgħaxija ta’ nhar il-Ħadd biex jaċċettaw pjan ta’ paċi għal Gaza, jew inkella jaffaċċjaw “infern sħiħ”.
Permezz ta’ filmat online, Trump qal li waslu viċin ħafna għall-paċi fil-Lvant Nofsani.
Minn naħa tiegħu, l-uffiċċju tal-Prim Ministru ta’ Iżrael Benjamin Netanyahu ħareġ stqarrija fejn sempliċiment qal li l-pajjiż se jaħdem mal-Istati Uniti fuq “il-pjan ta’ Trump” għall-paċi.
//= $special ?>