Iz-żewġ koppji li tilfu ħajjithom fl-incident li sehh jumejn ilu fil-Kroazja huma Jeremy u Lorraine Gambin, u Kevin u Sandra Bonnici.
Kif zvalajna aktar kmieni llum, il-Pulizija Maltija kellhom l-identitajiet tal-vittmi kmieni filghodu. Izda assiguraw li l-qarba jkunu maghrfa b’dak li sehh barra minn xtutna.
Kif irrapporta Net News, il-kaz sehh viċin Rijeka, meta x-xufier tal-karozza mikrija tilef il-kontroll tal-vettura u spiċċaw fil-baħar.
Il-vettura għerqet f’fond ta’ madwar 12-il metru, bil-ħaddiema tas-salvataġġ jirnexilhom isibu xi affarijiet personali bħal mobile phones, nuċċali ta’ mara u anke ikel.
Wieħed mill-għaddasa f’kummeti li ta lil media lokali tal-Kroazja qal li hu ilu madwar 30 sena, jinżel taħt l-ilma u xorta waħda qies dan l-inċident bħala wieħed mill-aktar diffiċli għalih.
Hu spjega li l-operazzjoni ta’ salvataġġ kienet waħda kumpilkata, u l-karozza kellha tittella’ minn diversi dgħajjes.
Il-Pulizija tad-dipartiment ta’ Senj irrapurtaw li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura f’liwja lejn ix-xellug, bil-karozza iddur lejn il-lemin …laqtet żewġ bollards tal-ġebel…. u baqgħet nieżla fil-baħar.
//= $special ?>