Lokali

Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jkun vuċi favur l-annimali u dawk li huma għal qalbhom

Fil-Jum Dinji għall-Ħarsien tal-Annimali, il-PN jappella lill-Gvern biex ifittex jerġa’ jiftaħ l-isptar tal-annimali li issa ilu aktar minn 26 xahar magħluq

Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jkun il-vuċi tal-annimali u ta’ dawk li għandhom għal qalbhom l-annimali f’pajjiżna.

Hekk kif illum, l-4 ta’ Ottubru, id-dinja tfakkar il-Jum Dinji għall-Ħarsien tal-Annimali, il-Partit Nazzjonalista jfakkar kif dejjem ħadem favur l-annimali u kull min għandu għal qalbu lil dawn il-ħlejjaq.

Kien Gvern Nazzjonalista li saħħaħ il-vuċi tal-annimali meta ħoloq id-Direttorat tal-Annimali u għall-ewwel darba beda infurzar qawwi kontra min b’xi mod jew ieħor jaħqar lill-annimali. Kien ukoll Gvern Nazzjonalista li fetaħ iċ-Ċentru San Franġisk.

Dan kien l-ewwel u l-uniku sptar għall-annimali li kellu joffri kura u servizzi mediċi għall-annimali 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa, biex kulħadd seta’ jinqeda fi kwalunkwe ħin, jekk tinqala’ l-ħtieġa li annimal ikun rikoverat.

Sfortunatament, illum, dan l-isptar ilu aktar minn 26 xahar magħluq u dan juri kemm il-Gvern ta’ Robert Abela ma jinteressahx mis-saħħa tal-annimali tagħna.

Kienu ħafna dawk il-familji li matul dan iż-żmien tilfu annimali għeżież għalihom minħabba li kellhom bżonn kura medika urġenti u ma sabu l-ebda klinika veterinarja oħra miftuħa fil-ħinijiet li qabel kien jopera l-isptar.

Minkejja d-diversi mistoqsijiet, il-Gvern qed ikompli ma jweġibx meta dan l-isptar se jerġa’ jinfetaħ filwaqt li ma jipprovdi l-ebda soluzzjoni alternattiva sakemm dan jibqa’ magħluq.

Dan qed iwassal biex dawk li għandhom annimal bħala membru tal-familja tagħhom qed jgħixu dejjem bil-biża li jistgħu jiġu bżonn xi servizz ta’ emerġenza f’ħin mhux tas-soltu u jispiċċaw jitilfu għal dejjem lil dan l-annimal.  Ta’ kull ġimgħa nisimgħu b’xi każ bħal dan.

Gvern ġdid Nazzjonalista jassigura li l-proġett li ħolom bih snin twal ilu, mhux talli jerġa’ jagħtih il-ħajja billi jerġa’ jiftaħ l-Isptar tal-Annimali, iżda jkompli jżid mas-servizzi li diġà jeżistu. Ikompli joħloq benefiċċji għal min jitma’ u jieħu ħsieb annimali abbandunati u jagħti sostenn għall-ħarsien ta’ annimali oħrajn, fosthom dawk fl-irziezet, kif ukoll jagħti aktar protezzjoni lill-annimali eżotiċi.

Tingħata wkoll l-importanza meħtieġa biex liġijiet eżistenti jkunu infurzati u allura, l-annimali jkunu verament aktar imħarsa, legalment, b’mod sħiħ. Għax il-Partit Nazzjonalista jrid ikompli jkun il-vuċi vera tal-annimali u ta’ min jieħu ħsiebhom.

Janice Abela Chetcuti

Shadow Minister għall-Ħarsien tal-Annimali

Dan intqal fi stqarrija mix-Shadow Minister għall-Ħarsien tal-Annimali Janice Abela Chetcuti.