Lokali

“Irtirawhom issa!” : 18-il organizazzjoni u eluf ta’ persuni jipprotestaw kontra r-riforma fl-ippjanar

Ritratti: Martin Agius

18-il organizazzjoni u eluf ta’ persuni ħarġu fit-toroq tal-Belt Valletta sabiex jipprotestaw iż-żewġ abbozzi ta’ liġi li ressaq il-Gvern Laburista f’suppost riforma fis-settur tal-iżvilupp.

L-għajta kienet waħda, irtirawhom issa!

NetNews kien preżenti meta eluf ta’ persuni niżlu fit-toroq tal-Belt Valletta s-Sibt filgħodu, u tkellem ma’ numru ta’ rappreżentanti mit-18-il għaqda. Fejn is-sentiment kien wieħed, appell urġenti sabiex il-Gvern jirtira ż-żewġ abbozzi ta’ liġi; 143 u 144 sabiex verament jagħti prijorità lill-ambjent u mhux lil grupp ta’ ftit nies.

Huma kollha spjegaw li l-abbozzi għandhom jiġu rtirati, mormija. Wara, issir konsultazzjoni pubblika u anke mal-esperti u l-NGOs sabiex tibda mill-ġdid riforma fis-settur tal-iżvilupp.