Lokali

“Se nibqgħu niftakrukom b’dik it-tbissima”

Kienu mijiet il-ħbieb ta’ Kevin u Jeremy illi fuq il-media soċjali sellmu l-memorja tagħhom b’messaġġi mill-isbaħ wara t-traġedja li seħħet fil-Kroazja l-Ħamis li għadda – messaġġi li waslu wkoll mid-dinja tal-basketball, minħabba li ż-żewġ Maltin kienu plejers fil-kampjonat lokali.

Fost dawk li waslu l-messaġġi tagħhom kien hemm l-Assoċjazzjoni tal-Basketball illi estendiet il-kondoljazi tagħha lill-qarba u l-ħbieb ta’ Jeremy Gambin u Kevin Bonnici. Gambin kien saħansitra plejer mat-tim nazzjonali tal-basketball.

Il-club tal-Luxol qal li Jeremy u Kevin kienu t-tnejn plejers tat-tim tagħhom tal-basketball. Filwaqt li Jeremy serva anke bħala kowċ.

“Se nibqgħu niftakrukom b’dik it-tbissima”, kitbu bosta ħbieb tagħhom fuq il-media soċjali.